10.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 262/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2015 – Polytetra vs UASI – EI du Pont de Nemours (POLYTETRAFLON)
(Kawża T-660/11) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali POLYTETRAFLON - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti TEFLON - Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Prodott finali li jintegra komponent - Użu mit-trade mark preċedenti fir-rigward tal-prodotti finali ta’ terz - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2015/C 262/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Polytetra GmbH (Mönchengladbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Schiffer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: EI du Pont de Nemours and Company (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Settembru 2011 (Każ R 2005/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn EI du Pont de Nemours and Company u Polytetra GmbH.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-29 ta’ Settembru 2011 (Każ R 2005/2010-1) hija annullata.
2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Polytetra GmbH.
3)
EI du Pont de Nemours and Company għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 65, 3.3.2012.
Full & Egal Universal Law Academy