9.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2013 — Müller vs UASI — Loncar (Sunless)
(Kawża T-662/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Sunless - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti SUNLESS u LONCAR-SUNLESS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 71/27
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Thomas Müller (Gütersloh, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Schmidt, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Loncar, SL (Sabadell, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Settembru 2011 (Każ R 2508/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Loncar, SL u Thomas Müller.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud
(2)
Thomas Müller huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 49, 18.02.2012.
Full & Egal Universal Law Academy