21.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 377/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2013 — Budziewska vs UASI — Puma (Felin jaqbeż)
(Kawża T-666/11) (1)
(Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta felin jaqbeż - Disinni preċedenti - Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Utent avżat - Livell ta’ libertà tad-disinjatur - Assenza ta’ impressjoni globali differenti - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)
2013/C 377/29
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Danuta Budziewska (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: J. Masłowski, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Settembru 2011 (Każ R 1137/2010-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Puma AG Rudolf Dassler Sport u Danuta Budziewska.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Danuta Budziewska hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 109, 14.04.2012.
Full & Egal Universal Law Academy