3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/75
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2013 — VIP Car Solutions vs Il-Parlament
(Kawża T-668/11) (1)
(Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja - Trasport tal-membri tal-parlament Ewropew fil-karozza u fil-minibus bis-sewwieq matul il-perijodu ta’ sessjoni fi Strasbourg - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda mill-Qorti Ġenerali - Dannu allegatament sostnut wara d-deċiżjoni li tiċħad l-offerta tar-rkorrenti - Rikors għad-danni)
2013/C 225/166
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: VIP Car Solutions SARL (Hoenheim, Franza) (rappreżentant: G. Welzer, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment G. Hellinckx u M. Mraz, sussegwentement L. Darie u M. Mraz, aġenti)
Suġġett
Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu materjali u morali allegatament sostnut mir-rikorrenti wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, li tiċħad l-offerta li hija ssottomettiet fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti PE/2006/06/UTD/1, li tikkonċerna t-trasport tal-membri tal-Parlament fil-karozza u fil-minibus bis-sewwieq matul il-perijodi ta’ sessjoni fi Strasbourg, billi din id-deċiżjoni ġiet annullata permezz tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tal-20 ta’ Mejju 2009, VIP Car Solutions vs Il-Parlament (T-89/07, Ġabra p. II-1403).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
VIP Car Solutions SARL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 109, 14.4.2012.
Full & Egal Universal Law Academy