25.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 147/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2013 — IPK International vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-671/11) (1)
(Għajnuna għall-finanzjament ta’ proġett ta’ turiżmu ekoloġiku - Rimbors tal-ammonti rkuprati - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni preċedenti intiża għat-tħassir tal-għajnuna - Interessi kumpensatorji - Interessi moratorji - Kalkolu)
2013/C 147/32
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: IPK International — World Tourism Marketing Consultants GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Pitschas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac, G. Wilms u G. Zavvos, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-14 ta’ Ottubru 2011, [ENTR/R1/HHO/lsa — entre.r.l(2011)1183091] li r-rikorrenti tingħata ammont totali ta’ EUR 720 579,90, inkluż l-ammont ta’ EUR 158 618,27 bħala interessi kumpensatorji.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ottubru 2011 [ENTR/R1/HHO/lsa — entre.r.l(2011)1183091] hija annullata sa fejn l-ammont tal-interessi li għandhom jitħallsu lil IPK International — World Tourism Marketing Consultants GmbH li huwa stabbilit hemmhekk huwa limitat għal EUR 158 618,27.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 65, 03.03.2012.
Full & Egal Universal Law Academy