16.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 120/13
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2011 — Rheinischer Sparkassen- und Giroverband vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-27/11 R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Talba għal miżuri provviżorji - Inammissibbiltà manifesta)
2011/C 120/32
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Rheinischer Sparkassen- und Giroverband (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Rosenfeld u I. Liebach, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, B. Martenczuk u T. Maxian Rusche, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 9525 finali, tal-21 ta’ Diċembru 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat MC 8/2009 u C 3/2009 — Il-Ġermanja — WestLB trasferimenti, sa fejn jirriżulta li ma għandux ikun hemm tranżazzjonijiet ġodda ta’ Westdeutsche Immobilien Bank AG wara l-15 ta’ Frar 2011.
Dispożittiv
(1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
(2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy