2.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/17
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2012 — Lenz vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-78/11 P) (1)
(Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Responsabbiltà għall-ispejjeż assoċjati mal-għajnuna mogħtija minn ‘Heilpraktiker’ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żnaturament tal-punti ta’ fatt)
2013/C 32/26
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Erika Lenz (Osnabrück, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. Lenz u J. Römer, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2011, Lenz vs Il-Kummissjoni (F-80/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
E. Lenz għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 103, 2.4.2011.
Full & Egal Universal Law Academy