14.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/15
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2011 — EMA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-116/11 R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Programm ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku - Deċiżjoni li ttemm il-parteċipazzjoni f’proġett - Nota ta’ debitu - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)
2012/C 13/31
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: European Medical Association (EMA) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Franchi, L. Picciano u N. di Castelnuovo)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Delaude u N. Bambara, sussegwentement S. Delaude u F. Moro, aġenti, assistiti minn D. Gullo, avukat)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-5 ta’ Diċembru 2010, li xxolji kuntratti konklużi għal żewġ proġetti ta’ riċerka u tan-nota ta’ debitu, tat-13 ta’ Diċembru 2010, li tinforma lir-rikorrenti bil-konstatazzjoni ta’ kreditu fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-imsemmija kuntratti.
Dispożittiv
(1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
(2)
L-ispejjeż huwa rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy