28.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 227/20
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2012 — Attey et vs Il-Kunsill
(Kawżi magħquda T-118/11, T-123/11 u T-124/11) (1)
(Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire - Irtirar tal-lista ta’ persuni kkonċernati - Rikors għal annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 227/33
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Philipp Attey (Abidjan, Côte d’Ivoire) (Kawża T-118/11); Thierry Legré (Abidjan) (Kawża T-123/11); u Stéphane Kipré (Abidjan) (T-124/11) (rappreżentant: J.-C. Tchikaya, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u M. Chavrier, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Repubblika tal-Côte d’Ivoire (rappreżentanti: J. P. Mignard u J. P. Benoit, avukati); u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u M. Konstantinidis, agenti)
Suġġett
Talbiet għal annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 36), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Il-Kawżi T-118/11, T-123/11 u T-124/11 huma magħquda għall-finijiet tad-digriet.
(2)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikorsi.
(3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti minn Philipp Attey, Thierry Legré u Stéphane Kipré.
(4)
Ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 130, 30.4.2011.
Full & Egal Universal Law Academy