28.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 126/17
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2012 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-126/11 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Rimbors tal-ispejjeż mediċi - Att li jikkawża preġudizzju - Rifjut impliċitu - Obbligu ta’ motivazzjoni - Appell parzjalment manifestament infondat u parzjalment manifestament inammissibbli)
2012/C 126/35
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Curall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Imħallef uniku) tal-14 ta’ Diċembru 2010, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-1/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u bħala parzjalment manifestament infondat fid-dritt.
(2)
L-appell inċidentali huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u bħala parzjalment manifestament infondat fid-dritt.
(3)
L. Marcuccio huwa kkundannat, minbarra għall-ispejjeż tiegħu, għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-appell.
(4)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha fil-kuntest tal-appell inċidentali.
(1) ĠU C 120, 16.04.2011.
Full & Egal Universal Law Academy