11.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/13
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2011 — Ahouma vs Il-Kunsill
(Kawża T-138/11) (1)
(Mewt tar-rikorrent - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 39/26
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Brouha Nathanaël Ahouma (Abidjan, il-Côte d’Ivoire) (rappreżentant: G. Collard, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u C. Fekete, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/118/PESK, tal-14 ta’ Jannar 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (ĠU L 11, p. 36), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 1).
Dispożittiv
(1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
(2)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(3)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Côte d’Ivoire.
(1) ĠU C 130, 30.04.2011
Full & Egal Universal Law Academy