26.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/32
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2011 — GS vs Il-Parlament u Il-Kunsill
(Kawża T-149/11) (1)
(Rikors għal annullament - Regolament (UE) Nru 1210/2010 - Fakultà għall-Istati Membri li jirrifjutaw ir-rimbors ta’ muniti tal-euro li ma humiex tajbin għaċ-ċirkulazzjoni - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà)
2011/C 347/55
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: GS Gesellschaft für Umwelt- und Energie-Serviceleistungen mbH (Eigeltingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Schmidt, avukat)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: U. Rësslein u A. Neergaard, aġenti); u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Monteiro u M. Simm, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tat-tieni sentenza tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1210/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 2010, li jikkonċerna l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u t-trattament ta’ muniti tal-euro li mhumiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 339, p. 1)
Dispożittiv
(1)
Id-dispożittiv huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
GS Gesellschaft für Umwelt- und Energie-Serviceleistungen mbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha u kif ukoll dawk subiti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(3)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tar-Renju ta’ Spanja.
(1) ĠU C 145, 14.5.2011.
Full & Egal Universal Law Academy