15.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 45/30
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2013 — Gobierno de Aragón et vs Il-Kunsill
(Kawża T-150/11) (1)
(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni dwar għajnuna intiża li tiffaċilita l-għeluq ta’minjieri tal-faħam li mhumiex kompettitivi - Annullament parzjali - Indiviżibbiltà - Inammissibbiltà)
2014/C 45/48
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Gobierno de Aragón (Spanja); Principado de Asturias (Spanja); u Junta de Castilla y León (Spanja) (rappreżentanti: C. Fernández Vicién, I. Moreno-Tapia Rivas, E. Echeverría Álvarez u M. López Garrido, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lo Monaco u F. Florindo Gijón, aġenti)
Intervenjenti in sostenn tal-Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, L. Flynn u C. Urraca Caviedes, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/787/UE, tal-10 ta’ Diċembru 2010, dwar Għajnuna mill-Istat biex jiġi ffaċilitat l-għeluq ta’ minjieri tal-faħam li mhumiex kompettitivi (ĠU L 336, p. 24).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Il-Gobierno de Aragón (Spanja), il-Principado de Asturias (Spanja) u l-Junta de Castilla y León (Spanja) għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 130, 30.04.2011.
Full & Egal Universal Law Academy