19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/23
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2011 — Ahoua-N’Guetta et vs Il-Kunsill
(Kawża T-193/11) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni tal-Côte d’Ivoire - Rikors għal annullament - Nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tar-rikorrent - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2011/C 340/49
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Timothée Ahoua-N’Guetta (Abidjan, il-Côte d’Ivoire), Jacques André Monoko Daligou (Abidjan), Bruno Walé Ekpo (Abidjan), Félix Tano Kouakou (Abidjan), Hortense Sess (Abidjan); u Joséphine Suzanne Ebah (Abidjan) (rappreżentant: J.-C. Tchikaya, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u M. Chavrier, aġenti)
Suġġett
Talba għal annnullament, minn-naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 36) u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
(2)
Timothée Ahoua-N’Guetta, Jacques André Monoko Daligou, Bruno Walé Ekpo, Félix Tano Kouakou, u Hortense Sess u Joséphine Suzanne Ebah huma kkundannati għall-ispejjeż.
(3)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent imressqa mill-Kummissjoni Ewropea u mir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire.
(1) ĠU C 152, 21.05.2011.
Full & Egal Universal Law Academy