27.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/24
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2012 — Rautenbach vs Il-Kunsill u L-Kummissjoni
(Kawża T-222/11) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe - Irtirar tal-lista ta’ persuni kkonċernati - Rikors għal annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 331/46
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Muller Conrad Rautenbach (Harare, Żimbabwe) (rappreżentanti: S. Smith, QC, M. Lester, barrister, u W. Osmond, solicitor)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u J. Herrmann, aġenti); u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Paasivirta, M. Konstantinidis u T. Scharf, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK, tal-15 ta’ Frar 2011, dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, p. 6) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 174/2011, tat-23 ta’ Frar 2011, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU L 49, p 23), sa fejn jirrigwardaw lir-rikorrent.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.
(2)
Minbarra l-ispejjeż tiegħu, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż ta’ Muller Conrad Rautenbach.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 186, 25.6.2011.
Full & Egal Universal Law Academy