31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/31
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-238/11 P) (1)
(Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Allowance ta’ invalidità - Ħlas tal-arretrati - Interessi moratorji - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)
2013/C 252/50
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-15 ta’ Frar 2011, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-81/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 186, 25.06.2011.
Full & Egal Universal Law Academy