11.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/14
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2011 — Fellah vs Il-Kunsill
(Kawża T-255/11) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire - Tneħħija minn fuq il-lista ta’ persuni kkonċernati - Rikors għal annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 39/27
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Zakaria Fellah (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: G. Collard, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u G. Étienne, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/221/PESK, tas-6 ta’ April 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 93, p. 20), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 330/2011, tas-6 ta’ April 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 93, p. 10).
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjon fuq ir-rikors.
(2)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(3)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 211, 16.07.2011.
Full & Egal Universal Law Academy