29.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 189/22
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2013 — Régie Networks u NRJ Global vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-273/11) (1)
(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna implementata minn Franza għax-xandir bir-radju - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà manifesta)
2013/C 189/45
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Régie Networks (Lyon, Franza) u NRJ Global (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: B. Geneste u C. Vannini, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u S. Thomas, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 6483 finali, tad-29 ta’ Settembru 2010, dwar l-iskema ta’ għajnuna C-4/09 (ex N 679/97) li [r-Repubblika Franċiża] implimentat għax-xandir bir-radju u li tiddikjara l-imsemmija skema kompatibbli mas-suq intern, suġġett għall-osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Régie Networks u NRJ Global huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 226, 30.07.2011.
Full & Egal Universal Law Academy