11.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/14
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2011 — Mioni vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-274/11 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal kuntrattwali - Allowance ta’ espatrijazzjoni - Kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-persunal - Kunċett ta’ residenza abitwali - Żnaturament tal-fatti - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)
2012/C 39/28
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Gaëtan Barthélémy Maxence Mioni (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewopea (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Marzu 2011, Mioni vs Il-Kummissjoni (F-28/10, li għadha ma ġietx ippublikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Gaëtan Barthélémy Maxence Mioni huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 232, 6.8.2011.
Full & Egal Universal Law Academy