26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/46
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2012 — ClientEarth et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-278/11) (1)
(Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Inammissibbiltà manifesta)
2013/C 26/90
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit); Friends of the Earth Europe (Amsterdam, l-Olanda); Stichting FERN (Leiden, l-Olanda); u Stichting Corporate Europe Observatory (Amsterdam) (rappreżentant: P. Kirch, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u C. ten Dam, aġenti)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tfasslet fit-22 ta’ April 2011 u li tirrifjuta li tagħti aċċess għal ċerti dokumenti dwar is-sistemi ta’ ċertifikazzjoni volontarji intiżi li jiksbu r-rikonoxximent skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, p. 16).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż ta’ ClientEarth, Friends of the Earth Europe, Stichting FERN u Corporate Europe Observatory, li għandhom ibatu l-kwart tal-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 219, 23.7.2011
Full & Egal Universal Law Academy