18.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 49/24
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2011 — Gooré vs Il-Kunsill
(Kawża T-285/11) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire - Irtirar tal-lista tal-persuni kkonċernati - Rikors għal annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għad-danni - Rikors manifestament infondat)
2012/C 49/44
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Charles Kader Gooré (Abidjan, il-Côte d’Ivoire) (rappreżentant: F. Meynot, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen, G. Étienne u M. Chavrier, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 330/2011, tas-6 ta’ April 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 93, p. 10), sa fejn jikkonċerna r-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
(1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 330/2011, tas-6 ta’ April 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire.
(2)
It-talba għad-danni hija miċħuda.
(3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(4)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 238, 13.08.2011.
Full & Egal Universal Law Academy