25.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 58/10
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Jannar 2012 — Ben Ali vs Il-Kunsill
(Kawża T-301/11) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija - Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Dewmien - Nuqqas ta’ forza maġġuri - Nuqqas ta’ żball skużabbli - Talba għal riforma tal-att ikkontestat - Talba għal kumpens - Inammissibbiltà manifesta)
2012/C 58/18
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali (Tuneż, it-Tuneżija) (rappreżentant: A. de Saint Remy, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Vitro u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, sussegwentement R. Liudvinaviciute-Cordeiro u M. Bishop, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011, tal-4 ta’ Frar 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 31, p. 1), sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrent, u min-naħa l-oħra talba għall-kundanna tal-Kunsill għall-adozzjoni ta’ ċerti derogi għall-iffriżar ta’ fondi imposti mill-imsemmi regolament kif ukoll talba għall-kumpens tad-dannu allegatament subit mir-rikorrent.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(3)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 226, 30.07.2011.
Full & Egal Universal Law Academy