13.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 228/11
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2015 – Vinci Energies Schweiz vs UASI – Accentro Real Estate (ESTAVIS 1993)
(Kawża T-327/11) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2015/C 228/12)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Vinci Energies Schweiz AG (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Graf, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment G. Schneider, sussegwentement G. Schneider u D. Botis, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Accentro Real Estate AG, li preċedentement kienet Estavis AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment T. Wieland, sussegwentement T. Wieland u S. Müller, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta’ Marzu 2011 (Każ R 231/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Vinci Energies Schweiz AG u Estavis AG.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-konvenut.
3)
L-intervenjenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 269, 10.09.2011.
Full & Egal Universal Law Academy