8.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 273/8
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2012 — TME vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-329/11) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti dwar ir-rijabilitazzjoni tal-impjant ta’ trattament tal-ilma użat f’Bukarest, kofinanzjat mill-fondi strutturali ISPA - Deċiżjoni allegatament illegali tal-awtoritajiet Rumeni li jiċħdu l-offerta magħmula mir-rikorrenti - Rifjut tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ korrezzjonijiet finanzjarji kontra r-Rumanija - Inammissibbiltà - manifesta)
2012/C 273/13
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: TME SpA — Termomeccanica Ecologia (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: C. Malinconico, S. Fidanzia u A. Gigliola, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu u P. Van Nuffel, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tal-20 ta’ April 2001, li għandha bħala suġġett l-ilment tal-kumpannija TME SpA dwar nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi imposti mid-dritt tal-Unjoni Ewropea min-naħa tar-Rumanija fil-kuntest tal-proġett “Bucharest Wastewater Treatment Plant Rehabilitation: Stage I ISPA 2004/R0/16/P/PE/003-03”, inerenti fl-irristrutturar tal-impjant ta’ trattament tal-ilma użat f’Bukarest [D (2011)REGIO.B3/MAD], u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
TME SpA — Termomeccanica Ecologia għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk inkorsi mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 252, 27.08.2011.
Full & Egal Universal Law Academy