1.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 373/6
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2012 — Régie Networks u NRJ Global vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-340/11) (1)
(Rikors għad-danni - Għajnuna mill-Istat - Preskrizzjoni - Dannu li jagħti lok għal kumpens - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta)
2012/C 373/10
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Régie Networks (Lyon, Franza) u NRJ Global (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: B. Geneste u C. Vannini, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u S. Thomas, aġenti)
Suġġett
Rikors għad-danni ippreżentat abbażi tal-Artikolu 340 TFUE sabiex jinkiseb kumpens għad-danni li r-rikorrenti allegatament sofrew, minn naħa, bl-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-10 ta’ Novembru 1997, dwar l-għajnuna mill-Istat N 679/97, allegatament illegali u, min-naħa l-oħra, minħabba ksur allegat tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba li jirriżulta min-nuqqas ta’ azzjoni tal-Kummissjoni li tirrimedja għall-effetti dannużi li kellha din id-Deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Régie Networks u NRJ Global huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 282, 24.09.2011.
Full & Egal Universal Law Academy