26.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/29
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2012 — Ecologistas en Acción vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-341/11) (1)
(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Interess ġuridiku - Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 151/48
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Ecologistas en Acción-CODA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Doreste Hernández, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Martínez del Peral u P. Costa de Oliveira, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment M. Muñoz Pérez, abogado del Estado, assistit minn J.M. Rodriguez Cârcamo, avukat, sussegwentement S. Centeno Huerta, abogado del Estado)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti aċċess għal ċerti dokumenti li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-proġett tal-bini ta’ port fi Granadilla (Tenerife, Spanja), trażmessi mill-awtoritajiet Spanjoli lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102).
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk ta’ Ecologistas en Accion-CODA.
(3)
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 252, 27.08.2011.
Full & Egal Universal Law Academy