11.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/14
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2011 — AO vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-365/11 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Terminu ta’ appell - Dewmien - Oriġinal iffirmat tar-rikors ippreżentat wara li skada t-terminu - Każ fortuwitu - Artkolu 43(6) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Appell manifestament inammissibbli)
2012/C 39/29
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: AO (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Lewisch, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-4 ta’ April 2011, AO vs Il-Kummissjoni (F-45/10, li għadu mhux ippubblikat fil-Ġabra) u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
AO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 282, 24.09.2011.
Full & Egal Universal Law Academy