23.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 86/16
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2013 — Travetanche Injection vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-368/11 R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ċaħda tar-rikors prinċipali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2013/C 86/26
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Travetanche Injection SPRL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u R. Cana, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u E. Manhaeve, aġenti, assistiti minn K. Sawyer, avukat)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 366/2011, tal-14 ta April 2011, li jemenda r Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta Sustanzi Kimiċi (REACH) (ĠU L 101, p. 12), sa fejn huwa kkonċernat l-Anness XVII (akrillamid).
Dispożittiv
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal miżuri provviżorji.
Full & Egal Universal Law Academy