10.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/16
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2012 — Diadikasia Symbouloi Epicheiriseon vs Il-Kummissjoni et
(Kawża T-369/11) (1)
(Rikors għad-danni - Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni - Stat terz - Kuntratt pubbliku nazzjonali - Ġestjoni deċentralizzata - Inammissibbiltà - Inkompetenza)
2012/C 343/26
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Diadikasia Symbouloi Epicheiriseon AE (Chalandri, il-Greċja) (rappreżentant: A. Krystallidis, avukat)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u P. van Nuffel, aġenti); Id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fit-Turkija (Ankara, it-Turkija); u Central Finance & Contracts Unit (CFCU) (Ankara, it-Turkija)
Suġġett
Talba għall-kumpens għad-dannu li jirriżulta mid-deċiżjoni tas-CFCU tal-5 ta’ April 2011 u minn kull deċiżjoni sussegwenti li tannulla l-għoti tal-kuntratt “Tkabbir tan-network Tork-Ewropew ta’ Ċentri ta’ Negozji f’Sivas, f’Antakya, f’Batman u f’Van — EuropeAid/128621/D/SER/TR” lill-konsorzju Diadikasia business Consultants SA (GR) — Wyg International Ltd (UK) — Deleeuw International Ltd (TR) — Cyberpark (TR), minħabba dikjarazzjonijiet allegatament foloz.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Diadikasia Symbouloi Epicheiriseon AE għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 282, 24.9.2011.
Full & Egal Universal Law Academy