26.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/33
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2011 — Hüttenwerke Krupp Mannesmann et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-379/11 R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ambjent - Allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mingħajr ħlas skont id-Direttiva 2003/87/KE - Iffissar tal-livelli ta’ gradazzjoni ta’ prodott ikkonċernati mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Ammissibbiltà - Urġenza)
2011/C 347/59
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Hüttenwerke Krupp Mannesmann GmbH (Duisburg, il-Ġermanja); Rogesa — Roheisengesellschaft Saar mbH (Dillingen, il-Ġermanja); Salzgitter Flachstahl GmbH (Salzgitter, il-Ġermanja); ThyssenKrupp Steel Europe AG (Duisburg); u voestalpine Stahl GmbH (Linz, l-Awstrija) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u C. Dittrich, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms, K. Mifsud-Bonnici u K. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, p. 1).
Dispożittiv
(1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
(2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy