21.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 217/24
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2012 — Eurofer vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-381/11) (1)
(Rikors għal annullament - Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’effett mill-2013 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddetermina l-punti ta’ riferiment ta’ prodotti li għandhom jiġu applikati għall-kalkolu tal-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjoni - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Assenza ta’ interess individwali - Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inammissibbiltà)
2012/C 217/50
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Europäischer Wirtschaftsverband der Eisen- und Stahlindustrie (Eurofer) ASBL (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u C. Dittrich, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms, K. Herrmann u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, p. 1).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ta’ Euroalliages.
(3)
Europäischer Wirtschaftsverband der Eisen- und Stahlindustrie (Eurofer) ASBL hija kkundannata għall-ispejjeż, inkluż dawk tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 269, 10.09.2011.
Full & Egal Universal Law Academy