2.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/17
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2012 — Evonik Industries vs UASI — Bornemann (EVONIK)
(Kawża T-390/11) (1)
(Trade mark Komunitarju - Oppożizzjoni - Revoka tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2013/C 32/27
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Evonik Industries AG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Pohlmann u R. Pethke, aġenti)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Johann Heinrich Bornemann GmbH — Geschäftsbereich Kunststofftechnik Obernkirchen (Obernkirchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Oldekop, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ April 2011, (każ R 1802/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Johann Heinrich Bornemann GmbH — Geschäftsbereich Kunststofftechnik Obernkirchen u Evonik Industries AG.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
(2)
Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati li jbatu l-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll, kull waħda, in-nofs tal-ispejjeż tal-konvenut.
(1) ĠU C 269, 10.9.2011.
Full & Egal Universal Law Academy