5.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 133/26
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2012 — Barthel et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Kawża T-398/11 P) (1)
(Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Rifjut li jingħata lir-rikorrenti l-benefiċċju ta’ allowance għal xogħol permanenti jew bix-shift - Terminu għall-ilmenti - Dewmien - Appell parzjalment infondat u parzjalment manifestament inammissibbli)
2012/C 133/52
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Yvette Barthel (Arlon, il-Belġju); Marianne Reiffers (Olm, il-Lussemburgu); u Lieven Massez (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J. N. Louis, E. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Placco, aġent)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla), tal-10 ta’ Mejju 2011, Barthel et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja, (F-59/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
(1)
L-appell ġie miċħud.
(2)
Y. Barthel, M. Reiffers u L. Massez għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tas-seduta preżenti.
(1) ĠU C 290, 01.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy