11.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/15
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2011 — Preparados Alimenticios del Sur vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-402/11 R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Talba għal remissjoni ta’ dazju fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ikel - Deċiżjoni li jiġi rritornat fajl lill-awtoritajiet nazzjonali - Talbiet għal miżuri provviżorji - Inammissibbiltà - Nuqqas ta’ urġenza)
2012/C 39/30
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Preparados Alimenticios del Sur, SL (Murcie, Spanja) (rappreżentant: I. Acero Campos, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u L. Bouyon, aġenti)
Suġġett
Talba għal miżuri provviżorji, inkluż is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-ittra tal-Kummissjoni, tad-29 ta’ Ġunju 2011, li tinforma lir-rikorrenti dwar ir-ritorn, lill-awtoritajiet Spanjoli, tal-fajl li jirrigwarda t-talba tagħha għal remissjoni ta’ dazju fuq l-importazzjoni, sabiex dawn l-awtoritajiet jippronunċaw ruħhom fuq l-imsemmija talba.
Dispożittiv
(1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
(2)
L-ispejjeż huwa rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy