24.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/24
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2012 — Afriqiyah Airways vs Il-Kunsill
(Kawża T-436/11) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja - Irtirar tal-lista tal-persuni u entitajiet ikkonċernati - Rikors għal annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 89/41
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Afriqiyah Airways (Tripoli, il-Libja) (rappreżentant: B. Sarfati, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. M. Joséphidès u B. Driessen, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/300/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 136, 24.05.2011, p. 85), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 290, 01.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy