22.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/22
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-442/11) (1)
(Rikors għal annullament - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att parzjalment kormermattiv u parzjalment informattiv - Inammissibbiltà - Rikors għad-danni - Assenza ta’ identifikazzjoni tal-aġir kkritikat jew ta’ definizzjoni tad-dannu allegat - Inammissibbiltà - Rikors għad-danni - Assenza ta’ prova tad-dannu - Rikors manifestament infondat fid-dritt)
2012/C 399/41
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u D. Calciu, aġenti, assistiti minn P. Wytinck, avukat)
Suġġett
Fl-ewwel lok, talba għall-annullament ta’ ittra tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Mejju 2011, fit-tieni lok, talba sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas id-danni u, fit-tielet lok, il-kundanna ta’ din l-istess istituzzjoni sabiex tippubblika stqarrija.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 290, 1.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy