26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/46
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2012 — Ellinika Nafpigeia u Hoern vs il-Kummissjoni
(Kawża T-466/11) (1)
(Rikors għal annullament - Għajnuna mogħtija mill-Istat - Bini ta’ vapuri - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Griegi lil tarzna - Miżuri ta’ eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-inkompatibbiltà tal-għajnuna u li tordna l-irkupru tagħha - Inammissibbiltà)
2013/C 26/91
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ellinika Nafpigeia AE (Skaramagka, il-Greċja); u 2. Hoern Beteiligungs GmbH (Kiel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K Chrysogonos u A. Mitsis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u M. Konstantinidis, aġenti)
Suġġett
Talba għal-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni C(2010) 8274 finali, tal-1 ta’ Diċembru 2010, dwar l-“għajnuna mill-Istat CR 16/2004 — eżekuzzjoni tad-deċiżjoni negattiva u rkupru tal-għajnuna mill-istat mogħtija lill-kumpannija (Ellinika Nafpigeia AE) — invokazzjoni mill-Greċja tal-Artikolu 346(1)(b) TFUE u proċeduri skont l-Artikolu 348(1) TFUE”, kif ikkompletata mid-dokumenti u l-provi l-oħrajn tal-fajl kif ħadu konjizjoni parziali tagħhom ir-rikorrenti f’Ġunju 2011.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ta’ Nafpigikes kai viomichanikes epicheiriseis Elefsinas.
(3)
Ellinika Nafpigeia AE u 2. Hoern Beteiligungs GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(4)
Nafpigikes kai viomichanikes epicheiriseis Elefsinas, il-parti li talbet tintervjeni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 331, 12.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy