28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/52
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2011 — Éditions Jacob vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-471/11 R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Konċentrazzjoni ta’ impriżi - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni bil-kundizzjoni ta’ ċessjonijiet mill-ġdid tal-assi - Annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni inizjali li tikkonċerna l-approvazzjoni, mill-Kummissjoni, tal-akkwirent tal-assi ċeduti mill-ġdid - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni ġdida tal-istess akkwirent - Nuqqas ta’ urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi)
2012/C 25/103
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Éditions Odile Jacob SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: O. Fréget, M. Struys u L. Eskenazi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, O. Beynet u S. Noë, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 3503, tat-13 ta’ Mejju 2011, dwar l-approvazzjoni ta’ Wendel Investissement SA bħala akkwirent tal-assi ċeduti mill-ġdid skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/422/KE, tas-7 ta’ Jannar 2004, li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (Każ COMP/M.2978 — Lagardère/Natexis/VUP),
Dispożittiv
(1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
(2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy