3.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/19
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ottubru 2011 — Rousse Industry vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-489/11 R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà)
(2011/C 355/35)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Partijiet
Rikorrenti: Rousse Industry (Rousse, il-Bulgarija) (rappreżentanti: A. Angelov u S. Panov, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes u D. Stefanov, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 4903 finali, tat-13 ta’ Lulju 2011, li tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mogħtija mill-Bulgarija lil Rousse Industry, fil-forma ta’ djun mhux imħallsa lill-Istat (għajnuna mill-Istat C 12/2010 u N 389/2009), sa fejn din id-deċiżjoni tordna l-irkupru ta’ din l-għajnuna mingħand ir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
(2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy