26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/47
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2012 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-491/11 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Tul tal-proċedura li għandha bħala għan ir-rikonoxximent ta’ invalidità permanenti parzjali - Dannu allegatament subit mill-appellant - Rimbors tal-ispejjeż li setgħu jiġu evitati - Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza bħala manifestament infondat fid-dritt - Artikolu 94(a) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku)
2013/C 26/92
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis Kayser, aġenti, assistiti minn A. Del Ferro, avukat)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tat-30 ta’ Ġunju 2011, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-14/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u li għandu bħala għan l-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-istanza preżenti.
(1) ĠU C 331, 12.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy