16.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/27
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2014 – Franza vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-511/11) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Azzjonijiet immexxija minn Interbev - Finanzjament permezz ta’ kontribuzzjonijiet volontarji magħmula obbligatorji - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Irtirar tad-deċiżjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
2014/C 184/47
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment E. Belliard, G. de Bergues, J. Rossi u J. Gstalter, sussegwentement E. Belliard, G. de Bergues, D. Colas u J. Bousin, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, C. Urraca Caviedes u S. Thomas, sussegwentement B. Stromsky u C. Urraca Caviedes, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/131/UE, tat-13 ta’ Lulju 2011, dwar il-levies [kontribuzzjonijiet] favur Interbev (ĠU L 59, p. 14).
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 340, 19.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy