20.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/10
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2012 — Gozi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-519/11 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Talba għall-assistenza - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-għoti lill-appellant tar-rimbors tal-ispejjez imħallsa fil-kuntest ta’ proċedura quddiem qorti kriminali nazzjonali - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)
2012/C 319/17
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Sandro Gozi (Soglianó Al Rubicone, l-Italja) (rappreżentanti: G. Passalacqua u G. Calcerano, avukati)
Il-parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-20 ta’ Lulju 2011, Gozi vs Il-Kummissjoni (F-116/10, li għadha ma ġietx ippublikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Sandro Gozi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 347, 26.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy