18.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 250/15
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2012 — Technion u Technion Research & Development Foundation vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-546/11) (1)
(Rikors għal annullament - Sitt Programm Qafas għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta’ Dimostrazzjoni - Ittra li tikkonferma l-konklużjonijiet ta’ rapport ta’ verifika finanzjarja u li tagħti informazzjoni dwar il-passi segwenti tal-proċedura - Atti mhux dissoċjabbli mill-kuntratt - Inammissibbiltà)
2012/C 250/28
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Technion — Israel Institute of Technology (Haïfa, l-Iżrael); u Technion Research & Development Foundation Ltd (Haïfa) (rappreżentanti: D. Grisay u D. Piccininno, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u B. Conte, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Awwissu 2011 li tikkonferma l-konklużjonijiet tal-verifika finanzjarja li kienet tirrigwarda d-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż iddikjarati minn Technion — Israel Institute of Technology, f’dak li jirrigwarda erba’ kuntratti konklużi fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta’ Dimostrazzjoni li jikkontribwixxi għat-twettiq taż-żona Ewropea ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni (2002-2006), u li tinforma lil Technion dwar il-passi segwenti tal-proċedura.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Technion — Israel Institute of Technology u Technion Research & Development Foundation Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 355, 3.12.2011.
Full & Egal Universal Law Academy