23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/55
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ottubru 2013 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-554/11) (1)
(Rikors għal annullament - Finanzjament mill-Unjoni Ewropea ta’ ċerti proġetti fit-Tuneżija, fil-kuntest tal-programm EuropeAid - Żvilupp ta’ sistema ta’ informatika integrata għall-organizzazzjoni ġuridika Tuneżina - Ġbir mill-Kummissjoni ta’ dejn dovut minn terzi lit-Tuneżija - Nota ta’ debitu - Atti li ma jistgħux jiġu sepatati mill-kuntratt - Att li ma jistax jiġi appellat - Inammissibbiltà)
2013/C 344/98
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis, M. Dermitzakis u N. Theologou, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u S. Bartelt, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li jitħallsu somom allegatament dovuti u li teżiġi r-rimbors tas-somma ta’ EUR 281 270 mħallsa fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt EuropeAid/124378/D/SER/TN (Nru 2007/145-464), ikkomunikata lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tat-8 ta’ Awwissu 2001 (C&F/2001/D/001101), kif ukoll in-nota ta’ debitu Nru 3241108036 irċevuta mir-rikorrenti fis-17 ta’ Awwissu 2011, u tad-deċiżjonijiet kollha relatati tal-Kummissjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata tħallas, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 370, 17.12.2011.
Full & Egal Universal Law Academy