9.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/24
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2012 — Atlas Transport vs UASI — Hartmann (ATLAS TRANSPORT)
(Kawża T-584/11) (1)
(Trade mark Komunitajra - Proċedimenti ta’ revoka - Irtiar tal-applikazzjoni għal revoka - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2013/C 38/42
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Atlas Transport GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Hildebrandt, K. Schmidt Hern u B. Weichhaus, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Alfred Hartmann (Leer, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Settembru 2011 (Kawża R 2262/2010-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn A. Hartmann u Atlas Transport GmbH.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 32, 04.02.2012
Full & Egal Universal Law Academy