26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/48
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2012 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-616/11 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza bħala manifestament nieqes minn kull bażi legali - Dannu allegatament imġarrab mill-appellanti - Rimbors tal-ispejjeż li setgħu ġew evitati - Artikolu 94(a) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku)
2013/C 26/95
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Settembru 2011, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-69/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 25, 28.1.2012.
Full & Egal Universal Law Academy