24.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 366/34
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2012 — Cervelli vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-622/11 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Allowance tal-espatrijazzjoni - Talba għal eżami mill-ġdid - Fatti ġodda - Appell manifestament infondat)
2012/C 366/67
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Francesca Cervelli (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: J. García-Gallardo Gil-Fournier, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u V. Joris, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembru 2011, Cervelli vs Il-Kummissjoni (F-98/10, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Francesca Cervelli għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 32, 04.02.2012.
Full & Egal Universal Law Academy