4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/55
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2018 – Biogas Nord Anlagenbau vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-629/11) (1)
([“Għajnuna mill-Istat - Leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża dwar it-trasferiment tat-telf għas-snin fiskali futuri (Sanierungsklausel) - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Annullament tal-att ikkontestat mill-Qorti tal-Ġustizzja - Tmiem tal-iskop tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”])
(2019/C 44/70)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Biogas Nord Anlagenbau GmbH (Bielefeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Birkemeyer, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment R. Lyal, T. Maxian Rusche u M. Adam, sussegwentement R. Lyal, T. Maxian Rusche u K. Blanck, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment T. Henze, K. Petersen u R. Kanitz, sussegwentement T. Henze, R. Kanitz u K. Stranz u fl-aħħar T. Henze, R. Kanitz u S. Eisenberg, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/527/UE, tas-26 ta’ Jannar 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C 7/10 (ex CP 250/09 u NN 5/10) skont il-klawżola ta’ ristrutturazzjoni prevista mil-Liġi dwar it-Taxxa fuq il-Kumpanniji (“KStG, Sanierungsklausel”) (ĠU 2011, L 235, p. 26).
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Biogas Nord Anlagenbau GmbH.
3)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 49, 18.2.2012.
Full & Egal Universal Law Academy