15.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 45/30
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2013 — da Silva Tenreiro vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-634/11 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Ħatra fil-pożizzjoni ta’ direttur tad-Direzzjoni E ‘Ġustizzja’ tad-Direttorat Ġenerali ‘Ġustizzja, libertà u sigurtà’ tal-Kummissjoni - Ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrent - Ħatra ta’ kandidat ieħor - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)
2014/C 45/49
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Mario Paulo da Silva Tenreiro (Kraainem, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u L. Baquero Cruz, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tad-29 ta’ Settembru 2011, da Silva Tenreiro vs Il-Kummissjoni (F-72/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Mario Paulo da Silva Tenreiro għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk inkorsi mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 32, 04.02.2012.
Full & Egal Universal Law Academy