17.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/19
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2012 — Euris Consult vs Il-Parlament
(Kawża T-637/11 R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratt pubbliku għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Servizzi ta’ traduzzjoni lejn il-Malti - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Modalitajiet ta’ komunikazzjoni - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Telf ta’ opportunità - Nuqqas ta’ dannu gravi u irreparabbli - Nuqqas ta’ urġenza)
2012/C 80/33
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Euris Consult Ltd (Floriana, Malta) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Darie u F. Poilvache, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tat-18 ta’ Ottubru 2011, meħuda fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti (MT/2011/EU) għall-provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni lejn il-Malti (ĠU S 56-090372) u li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
(2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy